“Ma Nistgħux Niħduha Kontra S-Sentenza Sospiża Tal-Omm U Ninsew Il-Piena Tal-Mewt Li Ħadet It-Tarbija” – Fr Joseph

B’reazzjoni għas-sentenza sospiża li ngħatat ftit jiem ilu lil tfajla li għamlet l-abort, Fr Joseph Curmi tkellem dwar l-importanza li tiġi rikonoxxuta wkoll il-piena tal-mewt li ngħatat lit-tarbija f’din iċ-ċirkostanza.

Hu jisħaq li ma jemminx li l-ħabs huwa mod effettiv kif mara li tasal tagħmel abort tista’ tirriforma ruħha iżda saħaq li ma jistax ikun li ma jkun hemm l-ebda konsegwenza għal att atroċi bħalma huwa l-abort.

“Ma nistgħux neħduha kontra s-sentenza sospiża tal-omm u ninsew il-piena tal-mewt li ħadet it-tarbija,” kompla jisħaq Fr Joseph.

Hu temm jgħid li l-omm għandha tingħata iżjed kompassjoni ħalli b’hekk ma tibżax tirrikorri għal kwalunkwe għajnuna medika, iżda saħaq li s-soċjetà m’għandha qatt tippermetti “l-piena tal-mewt fil-ġuf”.





Intom x’taħsbu?

Ritratti: Facebook / Malta, News, Photos and PeopleD Joseph Curmi u CDC



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI