Ilbieraħ filgħaxija, iġġarfet binja fi triq ġo Paceville. B’xorti tajba n-nies li kienu jgħixu fiha ġew mitluba jitilqu minn ġo fiha minħabba li setgħet tkun ta’ perikolu.
Is-Sindku ta’ San Ġiljan Guido Dalli fuq il-mezzi soċjali tiegħu, tard filgħaxija kiteb, “Bħalissa f’Paceville Avenue. Skont l-informazzjoni tal-Pulizija – ma weġġa’ ħadd fil-binja li ġġarfet iktar kmieni.”
Hu jżid, “Grazzi mill-qalb lill-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan immexxija mis-Supt Melvyn Camilleri, kif ukoll lill-ħaddiema ta’ Enemalta li qed jaħdmu bħalissa biex iġibu s-sistema tad-dawl lura għan-normal. Ħudu ħsieb u evitaw iż-żona.”
Nirringrazzjawhom tax-xogħol li għamlu f’ħidma delikata.
Facebook / Guido Dalli