F’intervent emozzjonanti ma’ Puttinu Cares, Manuel jirrakkonta kif meta ibnu sar jaf li kellu l-lewkimja, l-ewwel miegħu li tenna miegħu kienu proprju: “Pa, kemm se mmut żgħir!”
Manuel jistqarr li għalih dan il-mument kien wieħed ta’ niket u diffiċli. Martu tfisser ukoll kif dak il-ħin meta t-tabib tahom l-aħbar ma bdiet tifhem xejn għajr il-kelma ‘lewkimja’.
Il-missier jitkellem dwar kif fil-passat qatt ma fehem għalfejn kienu jseħħu maratoni ġbir ta’ fondi b’risq dawn l-għanjiet iżda spjega li llum il-ġurnata li ibnu esperjenza l-lewkimja jifhem iżjed minn qatt qabel l-iskop nobbli ta’ dawn il-maratoni.
Manuel jiddeskrivi lill-imħuh wara l-għaqda filantropika Puttinu Cares bħala “qaddisin” u jfaħħar bis-sħiħ il-ħidma li jwettqu persuni bħalhom sabiex jagħtu tama lil persuni li jkunu qed jiġġieldu mard serju bħall-kanċer.
Facebook / Puttinu Cares