Malta amministrat l-iktar numru ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 għal kull 100 persuna fl-Unjoni Ewropea, dan ħareġ fi stħarriġ li qasam aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela.
Malta qabżet il-pajjiżi l-oħra kollha tal-UE b’marġni konsiderevoli minħabba li 11.7 persuni għal kull 100 ġew amministrati doża waħda tal-vaċċin mit-23 ta’ Diċembru 2020 ‘l hawn.
Id-Danimarka jinsabu fit-tieni post b’6.99 persuni għal kull 100 li jirċievu doża waħda tal-vaċċin filwaqt li r-Rumanija hija fit-tielet post b’5.79 persuni għal kull 100 jirċievu l-vaċċin.
Il-Prim Ministru qasam din l-aħbar u qal, “Il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa li qegħdin ilaqqmu lin-nies fil-programm ta’ tilqim kontra l-Covid-19 qegħdin jagħmlu xogħol imprezzabbli. Grazzi f’isem il-poplu Malti u Għawdxi.”
Facebook / Robert Abela