Espert Ingliż tal-ivvjaġġar iddeskriva l-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni ideali kif ukoll sigura għat-turisti minn madwar l-Ewropa.
Fisser kif il-gwerra tal-Lvant Nofsani qed twassal sabiex bosta jiġu skoraġġuti milli jżuru għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-dinja mhux biss minħabba l-prezzijiet eżorbitanti li qed jiddominaw is-suq iżda wkoll minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Fil-programm ta’ filgħodu ‘Good Morning Britain’, l-espert Ingliż Adrian Mills spjega li mhux biss Malta hija pajjiż sigur fl-isfond tas-sitwazzjoni preżenti iżda wkoll tagħti lit-turist valur tajjeb għal flusu.
“Jien stess kelli l-opportunità dis-sena li nżur Malta u kienet straordinarja,” kompla jsostni Mills.
Facebook / Visit Malta u YouTube / Good Morning Britain