Malta Tiġi Inkurunata Bħala L-“Aqwa Destinazzjoni Turistika Internazzjonali” Fi Premju Prestiġjuż Fl-Italja

Skont messaġġ uffiċjali relatat mal-Italian Tourism Awards  – The Night of Excellence, Malta ġiet inkurunata bħala l-“Aqwa Destinazzjoni Turistika Internazzjonali” waqt ċerimonja prestiġjuża li saret f’ Ruma.

Dan il-premju jimmarka l-qofol ta’ sena intensa u strateġika ta’ promozzjoni mmexxija mill-Malta Tourism Authority (MTA), li ffukat b’mod konsistenti fuq viżjoni ċara: li tippreżenta lil Malta bħala destinazzjoni ideali għal kull staġun, lil hinn mit-turisti tas-sajf biss.

Skont dan is-sors, il-ħidma tal-MTA matul l-aħħar sena saħħet l-immaġni ta’ Malta bħala pajjiż li joffri aktar minn xemx u baħar — b’enfasi fuq l-aspett kulturali, l-istorja unika, il-gastronomija, il-kwalità tal-esperjenzi u t-turiżmu sostenibbli. Dan ix-xogħol jidher li qed iħalli l-frott tiegħu, hekk kif Malta qed tkompli tattira suq internazzjonali aktar varjat u kwalitattiv.



Din  iċ-ċerimonja organizzata fl-Italja, hija parti minn inizjattiva li tirrikonoxxi destinazzjonijiet li jispikkaw għall-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-impatt pożittiv tagħhom fuq is-settur turistiku. Għal Malta, dan ir-rikonoxximent mhux biss ġie bħala unur, iżda serva bħala konferma li l-ħidma min-naħa tal-MTA qed tiġi milqugħa tajjeb anke fuq livell internazzjonali.



Dan is-suċċess ikompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni kompetittiva u minkejja ċ-ċokon tagħha, qed tiġi apprezzata bħala pajjiż li joffri wirt kulturali rikk, storja prezzjuża u merħba li tattira lil kull min jiġi jżurha.



Ritratti:

Facebook/ Maltese Australian Association

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI