Maltemp Bis-Silġ F’Xi Nħawi Mistenni Iktar Tard Illejla

Din il-ġimgħa kienet waħda kiefra għall-gżejjer tagħna hekk kif esperjenzajna ċiklun, ħafna maltemp, xita, riħ u silġ. Minkejja li l-agħar biċċa tidher li għaddiet, Iktar tard illejla, jidher li huwa mistenni iżjed maltemp b’ċans ta’ silġ f’ċerti nħawi.

Ir-residenti qed jiġu mħeġġa biex joqogħdu attenti għaliex il-kundizzjonijiet jistgħu f’qasir żmien isiru perikolużi, speċjalment fit-toroq u nħawi baxxi. Attivitajiet max-xatt u barra għandhom jiġu evitati fejn hu possibbli.

Dan il-maltemp qed jingħata risku oranġjo. Dan ifisser li hemm ċans għoli ta’ kundizzjonijiet perikolużi. Nappellaw biex kulħadd jibqa’ ġewwa fejn is-sitwazzjoni tiegħu tippermetti, biex nevitaw kemm nistgħu aċċidenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI