Malti Li Mar Jgħix L-Ingilterra Jikkritika Lil Pajjiżna Fuq Stazzjon Ingliż

Malti li mar jgħix l-Ingilterra sab ruħu f’kontroversja wara li waqt li kien qiegħed jipparteċipa f’xow Ingliż ma tantx kellu kliem ta’ tifħir xi jgħid dwar pajjiżna.

Dan hekk kif meta l-kontestant kien qiegħed jippreżenta lilu nnifsu fix-xow għall-ewwel darba, il-preżentatur osserva li m’huwiex Ingliż, bil-kontest għalhekk isemmi li huwa fil-fatt Malti.

B’reazzjoni għal dan il-preżentatur esprima x-xewqa li xi darba jżur Malta, bil-kontestant ikun pront isemmi li ħa d-deċiżjoni li jitlaq minn Malta u jmur jgħix l-Ingilterra 6 snin ilu u jisħaq li m’għandu l-ebda intenzjoni li jirritorna.

Fuq il-midja soċjali dan qanqal dibattitu sħiħ hekk kif filwaqt li kien hemm min semma li l-kontestant kellu kull dritt li jesprimi l-fehma sinċiera tiegħu, oħrajn semmew id-diżappunt tagħhom li l-parteċipant ikkritika lil pajjiżna minkejja li huwa fil-fatt Malti.

Fost oħrajn kien hemm l-eks Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi li esprimiet ir-rabja tagħha għal dan il-kliem.



Intom x’taħsbu dwar dan?





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI