Il-preżentatur Manuel Xuereb iċċelebra għeluq sninu hekk kif qasam filmat qasir fuq il-midja soċjali b’xemgħa quddiemu. Fil-messaġġ li akkumpanja l-filmat, Xuereb kiteb li llum jagħlaq 53 sena u qed iħossu mill-aqwa, u wera ruħu f’burdata pożittiva u mimli enerġija f’din l-okkażjoni speċjali.
Bosta segwaċi u ħbieb tiegħu ma damux wisq biex bagħtulu x-xewqat tagħhom, u awguralu aktar suċċess, saħħa u mumenti sbieħ fis-snin li ġejjin. Lil Manuel ħafna jiftakruh bħala kantant, qabel ma daħal fid-dinja tat-televiżjoni, fejn ma damx wisq biex isir wiċċ familjari mal-pubbliku Malti.
Tul is-snin, hu rnexxielu jibni karriera soda bħala preżentatur, b’mod partikolari permezz ta’ programmi tat-tisjir, wara li kien diġà stabilixxa ruħu f’formati ta’ divertiment.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nawguraw lil Manuel l-isbaħ xewqat għal għeluq sninu u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ, mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu.
Facebook / Manuel Xuereb