Il-panettone artiġjanali huwa wieħed mill-aktar prodotti tal-forn raffinati u kumplessi fil-gastronomija Taljana. Il-ħolqien tiegħu mhuwiex sempliċi riċetta, iżda proċess twil li jieħu diversi jiem, paċenzja, preċiżjoni u esperjenza kbira.

Dak li jiddistingwi panettone artiġjanali minn wieħed industrijali huwa l-użu tal-ħmira naturali, magħrufa bħala lievito madre, kif ukoll l-attenzjoni estrema f’kull pass tal-preparazzjoni. Maypole ikellmuna dwar il-proċess tal-Panettone u x’jagħmel il-panettone artiġjanali tagħhom speċjali!
Il-proċess jibda bil-manutenzjoni tal-lievito madre, li tiġi mitmugħa u kkontrollata b’attenzjoni kbira sabiex tibqa’ attiva iżda b’aċidità baxxa. Filgħaxija titħejja l-ewwel għaġina, magħmula minn dqiq b’kontenut għoli ta’ proteina, zokkor, isfar tal-bajd, butir u l-ħmira naturali, li titħalla tiffermenta matul il-lejl sakemm titrippla fid-daqs tagħha.
L-għada jsir it-tieni stadju, fejn jiżdiedu aktar ingredjenti u, skont il-varjant, il-frott jew il-mili. Il-Maypole qed joffru tliet verżjonijiet distinti ta’ panettone artiġjanali: il-klassiku tal-frott, kif ukoll varjanti aktar kontemporanji tal-hazelnut u l-pistacchio, li jispikkaw għat-togħmiet tagħhom.
Wara l-iffurmar u t-tieni fermentazzjoni, il-panettone jinħema bil-mod u mbagħad jitħalla jiksaħ rasu ’l isfel biex tinżamm l-istruttura arjuża tiegħu. Wara perjodu qasir ta’ mistrieħ, it-togħmiet jikkonsolidaw u l-prodott ikun lest biex jitgawda.
B’dan il-proċess tradizzjonali u l-għażla ta’ togħmiet offruti, il-panettone tal-Maypole jirrappreżenta taħlita ta’ rispett lejn it-tradizzjoni u interpretazzjoni moderna tal-ħlewwa klassika tal-Milied.

Idħlu hawn biex tagħmlu l-ordnijiet tagħkom: https://www.maypole.com.mt/product/panettone-knife/. Żgur mhux se toħorġu diżappuntati!