Wara diversi xhur ta’ stennija l-personalità lokali Yazmin Helledie li għal xi snin konna narawha tippreżenta Love Island Malta u żewġha Keith għadhom kif ħabbru it-twelid tat-tarbija tagħhom.
Il-koppja semmew kif minkejja xi kumplikazzjonijiet żgħar mhux mistennija ċ-ċkejkna Minna twieldet b’wiċċ il-ġid.
Filwaqt li esprimew il-ferħ tagħhom huma fissru kif għalihom dan huwa “litteralment miraklu”.
Nawguraw lil Yazmin u lil Keith f’dan il-mument speċjali f’ħajjithom!
Instagram / Yazmin Helledie