Tiftakruh il-famuż gawwi li kien fuq il-palk ma’ Thea Garrett? Dak ma kien ħadd ħlief iż-żeffien u korjografu bravissimu lokali, Jes Sciberras. Tliet snin qabel kien anke wieħed miż-żeffiena ta’ Olivia Lewis f’Vertigo.
Lura fl-2010, Thea rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta li għadha maħbuba sal-lum, My Dream.
Jes kien liebes ta’ gawwi u ta wirja spettakolari u indimentikabbli flimkien ma’ Thea waqt il-prestazzjoni tagħha f’My Dream.
Hu jġedded il-memorja ta’ dik l-esperjenza, billi qasam ritratt tiegħu u ta’ Thea fuq il-palk tal-Eurovision, u kiteb, “Memorji li qatt mhu ħa jisparixxu.”
Thea daqt tkun għalqet 16-il sena mill-mument meta rebħet il-Malta Song For Europe 2010, sewwa sew fl-20 ta’ Frar.
X’memorji!
Facebook/ Mużika Mużika