Mewġa Ta’ 16-il Metru Tkejlet Bejn Malta U Sqallija – Din Kienet L-Ikbar Mewġa Fl-Istorja Fil-Baħar Mediterran!

Mewġa ta’ 16-il metru, l-ogħla li qatt ġiet irreġistrata fil-Mediterran, ġiet imkejla minn baga oċeanografika bejn Sqallija u Malta waqt l-aktar fażi vjolenti tal-maltempata Harry. Il-kejl sar fin-Nofsinhar ta’ Sqallija, fiż-żona marittima li tgħaqqad iż-żewġ gżejjer, u ġie kkonfermat mill-Istitut Taljan għall-Protezzjoni Ambjentali u r-Riċerka.

Skont l-esperti, ir-rekord ma kienx ikkawżat minn riħ eċċezzjonalment qawwi, iżda mill-fatt li l-maltemp dam għaddej għal aktar minn 24 siegħa fuq medda kbira ta’ baħar miftuħ, li ppermetta lill-mewġ jikber b’mod estrem.

Il-maltempata Harry ħalliet ħsarat estensivi fi Sqallija u Calabria, filwaqt li f’Malta kkawża ħsarat fil-kosta, speċjalment fin-Nofsinhar, inkluż Marsaskala, Għar Lapsi, Filfla u Tas-Sliema. Minkejja l-qerda, ma ġew irrappurtati l-ebda fatalitajiet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI