“M’Għandix Kliem Għajr Grazzi Lil Dawk Kollha Li Żaruna” – Jagħlaq Sentejn Id-Dramm ta’ Jamie Cardona, Mid-Djarju Ta’ Student Fi Skola Tal-Knisja

Jamie Cardona

Kien sena ilu meta l-attur bravissimu Jamie Cardona kiser ir-rekord nazzjonali ġdid bħala l-aktar dramm b’ammont ta’ rappreżentazzjonijiet, wara l-wirjiet ta’Mid-Djarju ta’ Student fi Skola tal-Knisja. Dak l-istess dramm għalaq sentejn mill-bidu tiegħu.

“M’għandix kliem għajr grazzi lil dawk kollha li żaruna ġewwa Theatre Next Door u lil dawk kollha li jagħmlu dan ix-xow possibli. Qed nieħu l-buzz ta’ ħajti. Għal sentejn oħra,” kiteb Jamie.

Ma jonqosx l-ammont ta’ kummenti dejjem jiżdied ta’ nies li kienu attendew għall-wirjiet ta’ Jamie, li lkoll japprezzaw tant il-ħila u l-arti tiegħu.

Prosit tassew u nawguraw mill-qalb lil Jamie aktar suċċessi!







Ritratti:

Facebook/ Jamie Cardona

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI