Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Bonġu Malta tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar rekord li ser jippruvaw jiksru fil-jiem li ġejjin.
Komplew billi żiedu jgħidu, “Għandna bżonnok għar-rekord li jmiss mix-Xagħra, Għawdex! Qed nistiednu ’l kulħadd biex għall-ħabta ta’ nofsinhar tiġu fil-pjazza u nagħtukom żafżafa biex flimkien nagħmlu rekord tal-akbar numru ta’ nies idoqqu ż-żafżafa f’daqqa! M’hemmx għalfejn tkun taf iddoqq… għandek kemm għandek età…ejja u ngħaqad magħna nhar il-Ħadd!”
Tidher li ser tkun attivita sabiħa u divertenti għal kulħadd!
Facebook/ Bonġu Malta