Michael Jackson Ikompli Jikser Streaming Rekords U Jegħleb Anke L-Artisti Tal-Lum, 17-Il Sena Wara Mewtu

Ir-Re tal-Pop, Michael Jackson mhux biss iddomina s-snin tmenin, iżda 4 deċennji wara u 17-il sena wara mewtu, qed juri li għadu l-aqwa artist. Qed jikser rekords ta’ streaming, u jegħleb anke l-artisti popolari tal-lum – u dan kollu mingħajr ebda promozzjoni jew reklamar.

Il-ġimgħa li għaddiet fl-Istati Uniti biss, il-katalgu tal-kanzunetti tiegħu rċieva 55.9 miljun ingaġġ, li huwa rekord. Jackson reġa’ spiċċa wkoll fost iċ-charts ta’ Billboard b’popolarità dejjem tiżdied.

Il-film bijografiku Michael ukoll qed jikser rekords, li għalkemm kellu ‘ratings’ ħżiena mill-kritiċi, l-udjenzi qed jimlew iċ-ċinemas madwar id-dinja, inkluż Malta fejn iċ-ċinemas jirrappurtaw swali kważi mimlijin anke wara ġimagħtejn ta’ ħruġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI