Michela Hija L-Favorita Tal-Pubbliku Fuq Love Island Malta – Taħsbu Li S-Sitwazzjoni Ħa Tibqa' Hekk?

Saret l-ewwel votazzjoni mill-pubbliku fit-tielet staġun ta’ Love Island Malta u l-islander favorita magħkom mhi ħadd ħlief Michela. Michela li hi mill-Ħamrun u omm ta’ tifel, hija l-islander l-aktar li ġabet voti mill-pubbliku.

Din il-votazzjoni ma kinitx tinkludi t-tliet bombshells li daħlu l-aħħar Edera, Cruyff u Matthew. Michela kienet sorpriża għal din l-aħbar, spiċċat emozzjonata u bla kliem. Jidher li l-karattru tagħha fuq barra qed jintgħoġob.

Interessanti issa jekk l-attitudni tal-islanders tinbidilx xi ftit jew tibqa’ l-istess, issa li jafu li hi l-favorita tan-nies. Ovvjament, din il-votazzjoni saret qabel kien hemm dak l-argument ċkejken mal-bombshell il-ġdida Edera.

Taħsbu li se tinbidel l-attitudni jew kollox se jibqa’ l-istess?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI