Minn kull rokna ta’ pajjiżna, mijiet ta’ devoti llejla nġabru bi ħġarhom fit-toroq tal-Isla sabiex ikunu parti mill-pellegrinaġġ li jsir ta’ kull sena ta’ Ġesù Redentur.
Din it-tradizzjoni reliġjuża sseħħ dejjem fiż-żmien tar-Randan u fiha d-devoti huma mistiedna sabiex jimxu wara l-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur bħala turija ta’ fidi u penitenza.
L-għan ta’ din it-tradizzjoni huwa proprju li tiġi mfakkra t-tbatija u s-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu filwaqt li d-devoti jingħataw l-opportunità kif ukoll il-ħin sabiex jitolbu u jirriflettu.
Bħas-snin preċidenti l-pellegrinaġġ tmexxa mill-Arċisqof Charles J Scicluna.
Facebook / Malta, News, Photos & People (minn Omar Seguna) u Charles Seychell