Minn fost il-kanzunetti tal-Eurovision li ġew żvelati s’issa, il-kanzunetta li biha AIDAN mistenni jirrappreżenta lil pajjiżna f’Mejju li ġej fi Vjenna, hija waħda mill-iżjed mismugħa.
Dan hekk kif fuq il-pjattaforma Spotify biss s’issa nstemgħet minn iżjed minn 450,000 ruħ.
Il-kanzunetta Maltija qiegħda wkoll titla’ ġmielha f’għadd ta’ klassifiki oħrajn fosthom fid-djar tal-imħatri hekk kif BELLA bħalissa hija l-għaxar l-iżjed favorita li tirbaħ il-Eurovision din is-sena.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat AIDAN żar diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija bil-għan li jkompli jkabbar il-popolarità ta’ din il-kanzunetta li s’issa jidher li qed tintlaqa’ tajjeb ferm mill-udjenza tal-Eurovision.
Instagram / AIDAN u ChatGPT