Illum jiċċelebra għeluq sninu t-tifel ta’ Amber u Olwyn, Ġużi. Amber tfakar dan il-jum bi kliem għażiż fejn taqsam numru ta’ ritratti u tikteb, “Għażiż Ġużi, illum għalaqt sentejn. Mill-mument li dħalt f’ħajjitna qalbna imtliet bi mħabba li qatt ma konnha nafu li teżisti. It-tbissima tiegħek hija biżżejjed biex tnessina l-problemi ta’ kuljum.”
Hi żżid tgħidlu, “Tieħdok fejn tieħdok il-ħajja ‘l quddiem, ftakar li aħna dejjem hawn għalik biex nipproteġuk u niggwidawk. Għax l-imħabba tagħna għalik hija infinita. Oħlom u imraħ sabiħ tagħna. Kemm aħna kburin bik. Għal ħafna iktar festi, daqq tat-tanbur, u marċi.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lill-għażiż Ġużi l-isbaħ xewqat. Nawgurawlu sena mimlija avventuri, esperjenzi u mħabba.
Facebook / Amber