Min Hu Eżatt Dun Anton Teuma – L-Isqof Il-Ġdid Ta' Għawdex?

L-Isqof il-Ġdid Dun Anton Teuma għandu 56 sena u ġej mix-Xagħra, Għawdex. Hu wieħed minn erba’ wlied u għex ġo familha sempliċi u reliġjuża. Ġie ordnat saċerdot madwar 32 sena ilu, proprju fil-25 ta’ Ġunju, 1988 minn Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex.





Hu kien intbagħat Ruma fejn beda l-missjoni tiegħu bħala Vigarju Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja, li dakinhar il-kappillan tagħha kien Mons. Ġużepp Attard. Wieħed jista’ jgħid li l-Isqof il-ġdid huwa persuna tassew intelliġenti, dan għaliex studja l-Filosofija u t-Teoloġija fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex, kiseb ukoll il-liċenzji ta’ welder u ta’ electrician, u barra minn hekk kiseb il-Baċellerat fix-Xjenzi tal-Edukazzjoni, u Liċenzja fil-Metodoloġija Pedagoġika.

Dun Anton ma waqafx hemm kiseb Baċellerat fix-Xjenzi tal-Formazzjoni, fl-Istitut għall-Formaturi anness mal-Istitut tal-Psikoloġija tal-Università Pontifiċja Gregorjana (2016). Kiseb ukoll Post-graduate Diploma fis-Systemic Family Psychotherapy mill-Istitut tat-Terapija tal-Familja, Malta (2018). Hu kien qiegħed ikompli l-Masters fiż-żewġ istituti msemmija.

Facebook / Diocese of Gozo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI