Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Micallef Joe Travel sellmu l-memorja ta’ Charlie li ħalliena riċentament.
Huma qalu. “Għadni kif ħadt l-aħbar li ħalliena l-ħabib tagħna Charlie. Nistqarr li lil Charlie ilni nafu s-snin. Kien iħobb isiefer magħna ta’ spiss flimkien mal-għażiża martu Joyce. X’memorji! Calabria, Palermo … memorji li ma jmutu qatt. Għandi wisq tifkiriet. Kemm dħakna flimkien. Issa l-minġel qerriedi ħasad il-ħajja ta’ Charlie.”
Komplew billi qalu, “Charlie m’għadux magħna, pero ninsab ċert li jinsab ġo post aħjar. Jinsab imdawwar bl-anġli tas-sema. Min jaf kemm jinsab kuntent li reġa’ ltaqa’ ma’ martu Joyce. Issa żgur li qatt mhu ser jinfired minnha. Kondoljanzi mill-qalb lill-familjari kollha tiegħu, uliedu, neputijiet, qraba u ħbieb. Sakemm qed nikteb dan il-messaġġ għad ma għandix dettalji tal-funeral. Charlie sakemm nerġgħu niltaqgħu, strieħ fis-sliem.”
Facebook/Micallef Joe Travel