Min Kien Il-Moħħ Wara D-Dehra Ta' Emma Muscat Fl-Aħħar Filmat Mużikali Tagħha?

Rajtuh il-filmat tal-aħħar kanzunetta li għadha kif ħarġet Emma Muscat? Il-kanzunetta bl-isem ta’ Sangria għandha ħoss sajfi li żgur ħa jinżel tajjeb fuq l-istazzjonijiet tar-radju Taljani u nittamaw li nisimgħu din il-kanzunetta anke fuq l-istazzjonijiet lokali.





Wieħed jista’ jgħid li hu riklam mill-aqwa għal pajjiżna, hekk kif is-suq ewlieni ta’ Emma hu s-suq Taljan wara li kisbet fama fil-pajjiż grazzi għal Amici. Fil-filmat mużikali, il-kantanta kienet libsa d-disinji ta’ Drew Warhurst ta’ Drew & Crew.



Id-disinjatur lokali dejjem narawh bi stili interessanti fuq personalitajiet lokali u dejjem impressjona bid-dehriet moderni tiegħu. Fil-filmat ta’ Emma żgur li għal darb’oħra għamel biċċa xogħol mill-aqwa.

Facebook / Emma Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI