“Min Se Joħroġ Xi Żibel It-Tnejn 19 u t-Tlieta 20 Ta’ Jannar, Oħorġuh Fil-Ħin U Araw Li Jkun Marbut U Magħluq Sew” – Dilettant Tal-Agrikoltura, Siġar U Pjanti

Hekk kif qed nistennew li mil-lejla jibda riħ qawwi, sfortunatament nafu li ħafna drabi jinxtered iż-żibel li jinħareġ mill-boroż li jkunu barra. Dan iwassal għal ħafna ħmieġ fit-toroq u fuq il-bankini tagħna.

Il-profil tal-Facebook, Dilettanti tal-Agrikoltura Siġar u Pjanti, għamel appell dwar dan. “Appell bażiku lil min se joħroġ xi żibel it-Tnejn 19 u t-Tlieta 20 ta’ Jannar,” hu kiteb, “almenu oħorġuh fil-ħin, mhux ħafna qabel, u araw li jkun marbut u magħluq sew għax se nispiċċaw b’ruxmata skart ma’ Malta kollha bir-riġ li ser ikun għaddej.”

“Imbagħad mhux għalxejn inkun għamilna cleanups apparti l-periklu li jista’ jinħoloq lis-sewwieqa!” hu temm jgħid.

Tajjeb li nieħdu ħsieb l-boroż tal-iskart tagħna dan il-jumejn.







Ritratti:

Facebook / Dilettanti tal-Agrikoltura Siġar u Pjanti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI