Fuq il-paġna uffiċjali l-grupp lokali Aurora Folk Group sellmu l-memorja ta’ waħda minnhom, Karmena Mercieca.
“B’niket inħabbru l-mewt ta’ Karmena Mercieca, membru attiv tal-Aurora Folk Group. Minn hawn nwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tagħha. Agħtiha o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Qasmu ritratt tagħha liebsa l-famuża onnella, li tagħmel parti mill-folklor Malti. Bosta kkummentaw biex isellmu l-memorja tagħha, u fost il-kwalitajiet sbieħ tagħha semmew it-tbissima li kellha.
Strieħ fis-sliem Karmena.