Ftit sigħat oħra se tkun qed tasal fi tmiemha t-tielet edizzjoni ta’ MasterChef Malta permezz tas-serata finali li matulha t-tlett finalisti – il-Banana, Wayne, u Steve – se jkunu qed jagħmlu li jistgħu sabiex jirbħu l-unur ta’ MasterChef u jieħdu magħhom id-dar il-premju ta’ €25,000.
Fil-finali tal-lejla l-finalisti se jkunu qed jiġu mitluba sabiex iħejju ikla ta’ tlett korsi.
S’issa f’pajjiżna kienu tnejn il-parteċipanti ta’ MasterChef Malta li rnexxielhom jirbħu dan l-unur u dawn kienu Nicolas Bezzina u Nicholas Bartolo li rebħu l-ewwel u t-tieni staġun ta’ MasterChef Malta.
Intom min taħsbu li se jirbaħ il-finali tal-lejla?
Facebook / MasterChef Malta