Illum Doriette Buhagiar, omm l-attur bravu Aiken qed tiċċelebra għeluq sninha. Fuq facebook għaddielha messaġ sabiħ fejn tenna li m’għandux kliem biżżejjed ta’ dak kollu li tagħmel miegħu; “…minn affarijiet żgħar sa kbar. Grazzi talli dejjem toqgħod lura minn affarijiet għalik biex tkun tista’ twassal lili kullimkien.”

Ritratt: Facebook/ Doriette Buhagiar
Aiken spjega kif mingħajr l-għajnuna, sagrifiċċju u fiduċja ta’ ommu ma kien jasal imkien u rringrazzjaha tas-sapport f’kull ħaġa li jagħmel u f’kull deċiżjoni li jieħu. Stqarr li dejjem sabha warajh lesta biex tgħinu f’dak li hu possibbli.
Doriette hija wkoll il-‘manager’ fejn tidħol karriera, il-ħabiba tiegħu wkoll iżda fuq kollox kburi li hi ommu. B’mod ħelu awguralha f’dan il-jum: “Awguri Dolly.”
Ritratt: Facebook/ Doriette Buhagiar