Meta Kezman kellu biss 7 snin tilef id-dawl t’għajnejh. Minkejja dan l-ostaklu qatt ma qata’ qalbu tant li llum il-ġurnata qed iwettaq il-ħolma tiegħu u jtella’ fuq il-midja soċjali filmati tiegħu jtiegħem u janalizza ikel varju.
F’intervista ma’ Illum Ma’ Steph, Kezman isemmi li din il-ħolma tiegħu twieldet meta wara li tilef id-dawl t’għajnejh beda jirealizza li ssaħħewlu sensi oħrajn fosthom is-sens tat-togħma.
Matul l-intervista jispikka l-ottimiżmu li bih Kezman iħares lejn il-ħajja fejn isostni li qatt ma jħalli n-nuqqas tad-dawl t’għajnejh jaffetwalu ħajtu u jipprova jgħix ħajtu dejjem bħal żgħażagħ oħra.
Prosit, Kezman!
Facebook / Illum Ma’ Steph