“Minkejja T-Temp, Bosta Attendew Bi Ħġarhom Għaċ-Ċelebrazzjonijiet Tal-Karnival Fil-Belt Valletta.” – DOI

Karnival

Matul dan it-tmiem il-ġimgħa kien hemm ħafna għaddej fil-gżejjer Maltin, u l-eba xita jew riħ ma waqqaf lin-nies milli joħorġu u jiddevertu.

Min ħareġ għal Jum San Valentinu, u bosta marru l-Belt għall-Karnival. Fuq il-paġna uffiċjali Dipartiment tal-Informazzjoni nxterdu diversi ritratti, meħudin minn Omar Camilleri, li juru l-attendenza grandjuża u numeruża li kien hemm fil-Karnival.

Huma jiktbu, “Minkejja t-temp, bosta attendew bi ħġarhom għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival fil-Belt Valletta.” Fir-ritratti jidhru fost l-oħrajn tfal u kbar bil-kostumi, iż-żeffiena jagħtu spettaklu u kif ukoll il-karrijiet li bdew għaddejjin.

Ser tattendu l-Karnival fil-jiem li ġejjin?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI