Bil-Filmat: Minn Ġimgħat Ta’ Ħidma Għal Presepju Mill-Isbaħ – It-Talent Ta’ Catherine D’Amato

Li tara b’għajnejha, toħloq b’idejha. Hekk tgħid l-espressjoni Maltija, u Catherine D’Amato hija xempju ħaj tagħha, b’talent mill-isbaħ li jagħtiha b’mod mistħoqq it-titlu ta’ presepista.

F’intervista għall-kampanja Insawru l-Identità Tagħna, imħejjija mill-Aġenzija Identità, Catherine D’Amato tispjega kif l-imħabba lejn il-ħidma tal-presepji kienet dejjem tberren f’qalbha sa minn ċkunitha. Tirrakkonta kif din il-passjoni nibtet b’mod naturali, grazzi għall-ambjent li trabbiet fih u għall-esperjenzi li għexet mal-familja tagħha.



Tant hu hekk li anke bħala tifla, kienet tmur tara esebizzjonijiet tal-presepji flimkien ma’ missierha u n-nannuha, u tibqa’ mistagħġba bix-xogħol dettaljat u d-dedikazzjoni li l-presepisti kienu jpoġġu biex joħolqu xeni li jirrakkontaw storja u jqajmu emozzjoni.



Fl-istess intervista, Catherine appellat biex din is-sengħa tradizzjonali tkompli tiġi mrawma u mgħoddija ’l quddiem. Hi saħqet fuq l-importanza li nħeġġu u nrawmu lil uliedna minn età żgħira, sabiex jikbru b’apprezzament lejn dawn it-tradizzjonijiet u jkunu huma stess li jkomplu jgħadduhom lill-ġenerazzjonijiet futuri.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI