“Minn Qalb Iż-Żrieraq” – Eżempju Ta’ Kif Il-Kultura Twassal Għall-Ġid Soċjali

Il-Ministru Owen Bonnici faħħar l-inizjattiva kulturali “Minn Qalb iż-Żrieraq”, u ddeskrivieha bħala eżempju ċar ta’ kif il-kultura tista’ tintuża biex isir il-ġid ma’ ħaddieħor.

F’post fuq il-midja soċjali, il-Ministru sellem il-ħidma siewja tal-voluntiera tal-Għaqda Karmelitana u tal-Banda Queen Victoria, li qed jingħaqdu flimkien biex jiġbru fondi b’risq The Malta Trust Foundation.

“Aħna warajkom,” kiteb Bonnici, filwaqt li rringrazzja lill-voluntiera kollha għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom. Din l-inizjattiva tkompli turi kif l-arti u l-kultura jistgħu jservu ta’ mezz ta’ solidarjetà u appoġġ għal kawżi soċjali importanti fil-komunità Maltija.







Ritratti:

Facebook / Owen Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI