L-appuntament kien sar iżda Miriam Pace qatt ma għamlitha għall-ewwel sessjoni mat-terapista tagħha biex tittratta l-ansjetà kkawżata minn xogħol ta’ kostruzzjoni ħdejn id-dar tagħha. Dan għaliex spiċċat taħt it-tifrik ta’ darha stess intortament u tilfet ħajjitha.
Din l-aħbar ħarġet fil-qorti, hekk kif bħalissa qed jinstema’ l-każ li ħasad lill-poplu Malti u Għawdxi. Il-vittma Miriam Pace kienet mimlija bl-ansjetà, ikkawżata mill-kostruzzjoni ppjanata ħdejn id-dar tagħhom.
Ivana Portelli, bint Pace fix-xhieda tagħha qalet li l-familja Pace kienet qed tfittex li timxi ‘l barra mid-dar wara li semgħet għajdut dwar il-bejgħ tal-art ta’ ħdejhom f’Awwissu tal-2019. Huma tkellmu mal-aġent li rranġa laqgħa mal-iżviluppatur biex jiddiskuti x-xogħlijiet.
“Ommi kienet imħassbha dwar il-proġett. In-notifika tal-PA nħarġet u l-ansjetà tagħha żdiedet… Kienet imħassba dwar inċidenti li jistgħu jseħħu kif kien hemm oħrajn f’dik is-sena,” qalet Portelli.
Ġie ssuġġerit li hi tattendi terapija ma’ psikologu, iżda qatt ma għamlitha għall-ewwel laqgħa minħabba l-inċident fatali. Jidher li Pace ingħatat pilloli għall-ansjetà, ansjetà li ġiet ikkawżata min-nuqqas ta’ kontroll li kellha fuq is-sitwazzjoni, qalet it-tifla tagħha Ivana.
Facebook / Xarabank