F’intervista li AIDAN ta ftit jiem ilu lill-Eurovision Song Contest spikkaw fost oħrajn kliem ta’ tifħir li l-preżentatur Ingliż Steve Holden lissen dwar pajjiżna.
Dan hekk kif hu sostna li minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta matul is-snin dejjem irnexxielha tħalli marka f’din il-kompetizzjoni internazzjonali.
Iddeskriva lil Destiny u Miriana Conte bħala xempju ta’ kemm dan huwa minnu hekk kif saħaq li t-talent kbir tagħhom, għalkemm joriġina minn pajjiż ċkejken bħal Malta, ħalla marka kbira fil-Eurovision ta’ dawk is-snin.
Min-naħa tiegħu AIDAN saħaq li din hija turija ta’ kemm huma determinati l-artisti Maltin u lesti li jaħdmu qatigħ sabiex jegħlbu kull ostaklu li jsibu ma’ wiċċhom u jiżguraw li t-talent tagħhom joħroġ fil-beraħ.
YouTube / Eurovision Song Contest u Facebook / Eurovision Song Contest