Mixta.mt ħabbret uffiċjalment inizjattiva ġdida li permezz tagħha se tappoġġja aktar minn 12-il proġett jew attività sa tmiem is-sena 2026, b’għan ċar li dan in-numru jiżdied fl-2027 hekk kif l-impatt tal-inizjattiva jkompli jikber.
Din l-inizjattiva tpoġġi lin-nies u l-ideat tagħhom fiċ-ċentru. Kemm jekk huma ideat kreattivi, talenti ġodda, inizjattivi soċjali jew anke proġetti ta’ negozju, Mixta qed tiftaħ il-bieb għal min irid jagħmel differenza iżda jeħtieġ appoġġ, servizz jew fondi biex iwettaqha.
Il-messaġġ hawnhekk jindirizza l-għajnuna li għandha tilħaq lil min għandu bżonnha u kull idea valida li jistħoqqilha ċans. Individwi jew gruppi li jemmnu li għandhom idea jew proġett li jista’ jħalli impatt pożittiv huma mħeġġa jikkuntattjaw lil Mixta u jaqsmu l-ħsieb tagħhom.
Din l-inizjattiva saret realtà grazzi għall-ħidma ta’ studenti ta’ Mixta flimkien ma’ Lenies u Clayton Pace li kkontribwixxew biex din il-viżjoni ssir waħda konkreta, sostenibbli u tassew komunitarja.
Din il-mossa tkompli turi kif Mixta mhijiex biss pjattaforma ta’ kontenut iżda wkoll spazju li jġib lin-nies flimkien u jgħin lil min għandu idea jew ħolma biex jagħmilha ssir realtà. Għal aktar informazzjoni Agħfas Hawn.
Facebook/ Mixta.mt