“B’Niket Kbir Inħabbru L-Mewt Ta’ RPC 3189 Mario Axiaq.” – Malta Police Union Isellmu L-Memorja Ta’ Membru Tagħhom

Pulizija ta' Malta

Il-Malta Police Union ħabbret b'dieqa kbira l-mewt tal-pulizija RPC 3189 Mario Axiaq.

Fi stqarrija, il-union esprimiet is-sogħba tagħha għal din it-telfa u wasslet il-kondoljanzi sinċieri lill-familja, qraba u ħbieb tiegħu f'dan il-mument diffiċli.

L-Unjoni tikteb li t-telfa ta' Mario Axiaq se tinħass minn dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh u jaħdmu miegħu matul is-servizz tiegħu fil-Korp tal-Pulizija.

Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha sellmu l-memorja tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI