Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Mużika Mużika reġgħu qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit ritratti mill-mument li tħabbret il-kanzunetta rebbieħa tal-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika.
Bdew billi qalu, “Mument li ma ninsew qatt – meta tħabbret il-kanzunetta rebbieħa tal-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Stajna Konna Aħna.”
Żiedu wkoll, “Kanzunetta li baqgħet fil-qlub ta’ ħafna, interpretata mill-bravissimu Jamie Cardona, fuq lirika ta’ Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur u mużika ta’ Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur, u Shaun Farrugia.”
Is-sitt edizzjonit ta’ Mużika Mużika ser issir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu.