Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu l-kantant lokali Glen Vella qasam ritratti mill-isbaħ tiegħu u ta’ Amber waqt il-kunċert tagħhom. Dawn iż-żewġ artisti bravissimi għandhom sinerġija mill-isbaħ bejniethom, u dejjem jagħtuna spettaklu brijjuż u divertenti.
“Mumenti sbieħ mill-kunċert tal-milied ġewwa Ħal Tarxien flimkien ma’ Amber u l-band tagħna. Grazzi lil kunsill lokali tal-fiduċja fina u lilkom l-udjenza tal-ġenn. Grazzi li kontu hemm. Ħadna pjaċir narawkom tieħdu gost magħna. Grazzi speċjali tmur għal-mużiċisti u t-tim tagħna li flimkien naħdmu bi sħiħ biex inwettqu kunċerti bħal dawn.”
Ir-ritratti juru biċ-ċar l-għaqda u l-ħbiberija soda bejniethom. Prosit u ibqgħu sejrin hekk!
View this post on Instagram