Julia Ann Cluett hi l-mudella lokali li għadha kemm għamlet unur kbir lil pajjiżna waqt Miss Universe 2026. Julia ssemmi tliet fost l-għeżeż persuni f’ħajjitha, li sfortunatament ħallew din id-dinja llum il-ġurnata – missierha, nannuha u zijuha.
It-tlieta li huma temmen li qed iħarsuha minn hemm fuq u li qed tagħmilhom kburin.
“F’dawk il-mumenti bdejt inħares ‘il fuq u ngħid, ‘Għandi t-tliet anġli tiegħi, iħarsuni u jigwidawni f’dawn il-mumenti sbieħ ħafna iżda diffiċli,” tgħid Julia.
“Ikollok dawk il-mumenti li jkunu daqsxejn diffiċli… dubji, ħsibijiet negattivi, iżda dejjem ħsieb f’dawk in-nies li dejjem issapportjawni, missieri, nannuhi, zijjuhi…”
Tkompli ssemmi lil missierha, li hu stess kiseb l-unuri fl-isport lura fiż-żmien, u kulħadd jiftakru. “Għamel isem għal Malta wkoll. Vera nħossni kuntenta li mxejt fuq il-passi tiegħu… vera nħossni kuntenta u kburija wkoll.”
Segwi aktar hawn: