“Naf Li Mhux Faċli, Qalbi, Imma Dan Il-Messaġġ Huwa Tfakkira Li Jien Qed Narak U Qed Nibgħatlek Tgħanniqa Kbira” – Johan Mifsud

Johan Mifsud

Kemm hu sabiħ li jkollok messaġġi pożittivi fl-aktar mumenti ta’ sfida. Meta tkun qed tikkumbatti bla ma trid tibda tassorbi kull kelma li tqawwik u tagħtik kuraġġ.

Johan Mifsud kontinwament jaqsam kontenut u messaġġi fuq il-midja soċjali li awtomatikament jgħinu lil dak li jkun iqum fuq saqajh u jħares lejn il-ħajja bi spirtu aktar pożittiv.

Ftit ilu kiteb erba’ kelmiet sbieħ għal min ikun qed ibati minn xi mumenti ta’ dipressjoni.

“Dawn in-nies jagħmlu dak li jagħmel kulħadd, waqt li jkunu għaddejjin minn ġlieda kbira ma’ kull nifs li jieħdu. Naf li mhux faċli, qalbi, imma dan il-messaġġ huwa tfakkira li jien qed narak u qed nibgħatlek tgħanniqa kbira.”

Xi ġmiel ta’ messaġġ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI