Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Kelsey Bellante. Lil Kelsey rajnieha fil-Malta Eurovision 2025 bil-kanzunetta 365 (Andreas Stone Johansson, Audun Agnar Guldbrandsen, Sarah Evelyn Fullerton). Din kienet it-tieni darba tagħha fil-Malta Eurovision, wara li fl-2024 hi pparteċipat flimkien mal-grupp ERBA‘.
Kelsey saret l-iżjed magħrufa fix-xena lokali meta pparteċipat fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, fejn bi prestazzjoni wara oħra, kompla jibrilla t-talent tagħha.
Fl-2023 ħadet sehem ukoll f’Mużika Mużika bil-kanzunetta Nistenniek (Emil Calleja Bayliss, Cyprian Cassar)
Ommha Miriam, kienet fost dawk li awgurawlha f’dan il-jum.
Hi kitbet, “Awguri għal għeluq sninek lil binti sabiħa Kelsey, nawguralek imħabba u ferħ u tgawdi l-ġurnata speċjali tiegħek. Inħobbuk.”
Awguri mill-qalb Kelsey! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Kelsey Bellante