Il-mużiċist Andrew u t-tfajla tiegħu, l-attriċi Christie Cachia, li ilhom ħames snin flimkien, u li sena ilu saru ġenituri, ftit ilu ċċelebraw il-quċċija ta’ binhom Adam.
Lil Andrew żgur tafuh mill-band popolari lokali The Travellers, filwaqt li wħud minnkom jaf jagħrfu lil Christie bħala attriċi ta’ talent fix-xena teatrali u televiżiva lokali. Fil-fatt, lil Christie rajnieha wkoll fl-ispettaklu ta’ The Travellers, fejn ħadmet bħala attriċi minbarra l-partijiet tagħha f’diversi produzzjonijiet oħra.
Christie qasmet ritratti meħudin waqt il-quċċija ta’ Adam, u kitbet, “Nippjana daqstant avvenimenti, ma stajtx ma nagħmillux festin żgħir!”
Nawguraw ħafna affarijiet sbieħ lill-familja kollha!
Facebook/ Andrew Vella