Ixxerja
Illum huwa għeluq snin Anġlu Fenech, bniedem magħruf tant għal kemm jgħin lil dawk fil-bżonn. Hu twieled fl-4 ta’ Settembru tal-1940 u b’hekk u llum għalaq 83 sena.
Il-paġna tal-Caritas Malta kitbu messaġġ iddedikat għal Anġlu biex jawgurawlu. “Nawguraw lil Anġlu Fenech li llum għalaq 84 sena. Grazzi ta’ dak kollu li jagħmel b’tant imħabba għal nies vulnerabbli.”
Anġlu indirizza anke kelmtejn għall-okkażjoni. “Nibqgħu naħdmu lkoll flimkien biex ngħinu lil batut bħalma kien jagħmel Dun Anġ Seychell… kif dejjem ngħid tomorrow will be brighter.“
Ħafna nies ikkummentawlu u anke kien hemm min irringrazzjah tal-ġid kollu li għamel f’pajjiżna lil tant persuni fil-bżonn.
Minn qalbna nawgurawlu l-isbaħ xewqat, u jalla jkollu aktar snin ta’ saħħa, hena u affarijiet sbieħ, fejn jibqa’ jagħmel il-ġid!
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“Tlabna Mhux Għalina Biss, Imma Għal Kull Min, F’Dan Il-Mument Stess, Qed Jerfa’ S-Salib Tqil Ta’ Xi Marda … Il-Mard Ma…
Charlton Cefai
Illum
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa qasam ħsieb mas-segwaċi tiegħu rigward il-qawwa tat-talb.Beda billi qal, “Ilbieraħ inġbarna u tlabna flimkien ġewwa DAR Bjorn. Tlabna mhux għalina biss, imma għal kull min, f’dan il-mument stess, qed jerfa’ s-salib tqil ta’ xi marda. Il-mard ma jagħmilx distinzjoni.”Żied jgħid, “Kemm jekk hi ALS, kanċer, jew mard […]