Kurt Magri, l-attur ta’ Division 7 sellem lill-karattru ta’ din is-sensiela. Hu radd ħajr lil Jason Zerafa li tah dan iċ-ċans biex jinterpreta dan il-karattru.
Hu jgħid, “Qisu lbieraħ meta Jason kien għajjatli biex nitkellmu fuq storja li kellu f’moħħu u niddiskutu l-karattru ta’ Roderick. Minn dakinhar għaddew ħames snin, lanqas temmen. Ikolli nammetti li Roderick kien bidu ta’ avventura, karattru li ra kull tip ta’ emozzjoni. Rajnieh jidħak, jibki, jirrabja, jixxengel, jidgħi u jissielet għal ħajtu.”
Kurt ikompli jispjega, “Roderick huwa karattru li ser inġorr miegħi għal dejjem u dan ovvjament bis-saħħa ta’ Jason għax li ma kienx hu li fdani b’dan il-karattru, kieku m’iniex qiegħed nikteb dawn l-erba’ kelmiet. Għaldaqstant ngħidlek grazzi Jason. Talli fija rajt potenzjal u nittama li kont kapaċi nagħti l-ħajja lil Roderick minn kif rajtu int minn moħħok, għall-pinna, għad-direzzjoni u finalment għal fuq it-televiżjoni.”
Ħafna ħa jimmissjaw lil dawn il-karattri li għal staġun wara staġun kienu daħlu fid-dar ta’ ħafna minna.
Facebook / Kurt Magri