“Nibda Ninkwieta Meta N-Nies Jibdew Jirrelataw Mal-Kelb Bħala Persuna… Kelb Jibqa’ Kelb!” – Bryn Manning

L-opinjonista lokali Bryn Manning esprima t-tħassib tiegħu li xi kultant in-nies qed jirrelataw ma’ kelb daqslikieku kien persuna u saħaq li fl-aħħar mill-aħħar “kelb jibqa’ kelb”.

Hu sostna dan fl-isfond ta’ dibattitu li tqanqal waqt il-programm Fehma Jew Fatt fejn ġie diskuss jekk l-annimali humiex jieħdu post it-tfal fl-istruttura tal-familja Maltija.

Bryn jistqarr li hu stess fil-passat kellu l-esperjenza li jrabbi kelb iżda filwaqt li dejjem ħabbu u rrispettah, hu jsostni li f’għajnejh “dejjem baqa’ kelb”.

“Il-kelb għandu jiġi rrispettat bħala kelb u hekk hu stess ikun ferħan… naf nies li jmorru għal tieġ bil-kelb u jlibsuh iċ-ċoff, l-ingravata, s-sidrija u l-kappell… naħseb li tkun qed tirredikola lill-kelb hemmhekk,” tenna Bryn.

@fehmajewfatt Kelb jibqa’ kelb? 🐶 #fehmajewfatt #televisionmalta #debate #fyp #foryoupage ♬ original sound – Fehma Jew Fatt

Intom x’taħsbu dwar dan?







Ritratti:

TVMi / Fehma Jew Fatt u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI