"Ninsab Imbikkem Li Ma Kontx Ħdejk Xħin Għalaqt Għajnejk" – Nicholas Borg Bonaci

Tul dawn l-aħħar ġimgħat Nicholas, li nafuh għall-avventura tiegħu fil-programm HazZzard, sar verament viċin ta’ Vaness omm Emily. Mhux l-ewwel darba li għamel appelli ta’ talb u saħansitra tella’ kunċert.

Ilbieraħ kien jum iswed ħafna għalih ukoll, infatti hu kiteb dan il-messaġġ imqanqal u mill-qalb, “Għażiża tagħna Emily issa waqaft għax ma flaħtx nikteb xħin int ħallejtna… Ninsab imbikkem li ma lhaqtx rajtek. Ninsab imbikkem li ma kontx ħdejk xħin għalaqt għajnejk.”





Nicholas ikompli jikteb, “Imma sitwazzjonijiet ģraw mod ieħor. Minn hawn nixtieq insellimlek, nirringrazzjak talli għallimtni ngħix u napprezza l-ħajja. Grazzi talli tajtni familja ģdida. Jien inwiegħdek li ħa nibqa’ nieħu ħsieb lill-familja tiegħek spećjalment lil ommok Vanessa Gatt li għalija tfisser ħafna.”

Hu jagħlaq il-messaġġ tiegħu billi mill-qalb jgħidilha, “Mur strieħ u gawdi lil Mulej. Aħna nibqgħu nħobbuk għal dejjem.”



Facebook / Nicholas Borg Bonaci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI