Il-paġna Malta, News, Photos And People ġie ppubblikat messaġġ mingħand infermier li laqtitu l-pandemija hekk kif irriżulta pożittiv. Waqt li kien pożittiv, hu għadda minn battalja kiefra peress li huwa vulnerabbli.
“Ilni dsatax-il ġurnata kwarantina. Fl-ewwel ħamest ijiem xejn lanqas tqaħqieħa,imma mis-sitt ġurnata bdejt b’uġiegħ fl-għadam, deni, sogħla, qtugħ ta’nifs u ħanqa.Tlift tnax-il kilo fi ftit tal-ġranet, minħabba nuqqas t’aptit u kollox bla togħma. Ma stajtx nitla’ taraġ jew ngħid sentenza sħiħa għax in-nifs ma jtinix. Kont inkun il-ħin kollu kuntatt mat-tabib tiegħi u grazzi għall-medicini li tani llum inħossni aħjar. Biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħazin il-mara u t-tifla ħarġu pozittivi ukoll. Jiena infermier u naħdem ġewwa sala tal-covid-19.” Hu jħares lejn dak li seta’ kien agħar, iżda ma kienx ukoll u jieħu ħsieb jagħmel kuraġġ anke lil dawk li qed jirriżultaw pożittvi.
“Issa li jiena ħrigt pożittiv u kont għaddej minn dan kollu messaġġ jew telefonata mingħand sħabi jew tal-familja kien ta kuraġġ u faraġ. Nirringrazzja l-Alla li fuq il-mara ut-tifla s-sintomi kienu ħfief, imma jiena bħala vulnerabbli s-sintomi kienu aktar kiefra milli stennejt.”
L-infermier bħala raġel tal-familja kellu ċ-ċans jieħu t-tajjeb li seta’ mill-esperjenza. “Matul dan il-perjodu kellna aktar ħin bħala familja flimkien, tgħallimna napprezzaw aktar il-ħajja u lil ta madwarna.” Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lil kull min għaddej minn dan il-perjodi diffiċli – u grazzi lil dan l-infermier li qasam l-esperjenza fil-beraħ!
Facebook/ Isaac King Photography