“Nittama Li Int U N-Nannu Diġà Qegħdin Tgawdu Lil Xulxin Mill-Ġdid” – Dorothy Bezzina

Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħallietna Vinċenza Buttigieg. In-neputija tagħha Dorothy Bezzina kitbet messaġġ emozzjonanti ħafna fuq il-Facebook tagħha b’dedikazzjoni.

Wara poeżija ħelwa ta’ Gaetano Buttigieg, Dororthy kitbet, “Inħobbuk wisq, nanna sabiħa tagħna. Kemm gawdejniek, kemm għallimtna, u kemm kont timliena b’ferħ! Nittama li int u n-nannu diġà qegħdin tgawdu lil xulxin mill-ġdid, forsi b’xi waħda mill-passiġġati li tant kontu tħobbu tagħmlu.” 

“Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Vinċenza Buttigieg se ssir nhar l-Erbgħa, fit-8:30am, il-parroċċa tat-Trinità, il-Marsa.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u qrabi ta’ Vinċenza.







Ritratti:

Facebook / Dorothy Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI