“Nittama Li Nkomplu Nxerrdu L-Imħabba U L-Pożittività – Għax Kull Qatra Hija Importanti.” – Fadi U Ċensina

Fadi u Ċensina

Dan l-aħħar Fadi Abou Rjeili u Ċensina serqu l-qlub ta’ ħafna Maltin u Għawdxin, war l-esperjenza li qasmu flimkien ta’ Come Dine With Me Malta. Fadi kiteb messaġġ iddedikat għas-segwaċi kollha li kontinwament juru ħafna mħabba lejhom u lejn il-kontenut li qed jaqsmu.

“Kemm kien sabiħ li naqra l-messaġġi u l-kummenti tagħkom u għad hemm ħafna li ma nqrawx imma se nsib il-ħin biex napprezza kull kelma… Qalbi qed tfur bil-ferħ, bl-imħabba, u bl-apprezzament! Intom għamiltu dan il-Milied tassew speċjali sempliċement billi kontu hemm u bgħattu l-Imħabba tagħkom.”

Fadi jkompli, “Kull wieħed u waħda minna jġorr rigal uniku f’din id-dinja, jien sibtu tiegħi u nittama li nkomplu nxerrdu l-imħabba u l-pożittività – għax kull qatra hija importanti.”

Jagħlaq billi jawgura lil kulħadd għall-festi tal-Milied f’ismu u f’isem Ċensina.

Wisq ħelwin dawn it-tnejn!







Ritratti:

Facebook/ Fadi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI