Is-sajf qiegħed dejjem jasal fi tmiemu u llum nistgħu ngħidu li qed nesperjenzaw l-ewwel maltempata għax f’diversi postijiet madwar Malta tinsab nieżla x-xita u anke hemm xi postijiet fejn qiegħed iriegħed.
Il-paġna The Weather Page Malta tefgħet ritratt li ttieħed minn persuna fejn juri sajjetta li laqtet Malta. Issa nistgħu ngħidu li fl-aħħar qed nesperjenzaw temp tal-ħarifa u li ħlisna minn dik is-sħana qalila, għalkemm xorta waħda jidher li fadal daqsxejn biex jasal dak it-temp tal-ksieħ.
Facebook / The Weather Page Malta