Is-Sindku tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, illum qasam messaġġ mimli mħabba u emozzjoni lil oħtu għażiża tiegħu, Svetlana Micallef, fl-okkażjoni ta’ għeluq it-30 sena tagħha.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, is-Sindku fakkar f’dawn it-tliet deċennji ta’ memorji u mumenti li, kif qal hu stess, “jibqgħu għal dejjem”. Huwa ddeskriva lil oħtu bħala “l-aqwa rigal li tawni l-ġenituri, mhux biss oħt, imma ħabiba għal dejjem”, kliem li juri r-rabta qawwija li hemm bejniethom.
Svetlana, li hija attriċi lokali li bħalissa qed narawha fis-sensiela popolari Casa Ċelestina, ilha tibni karriera artistika soda fix-xena Maltija. It-talent u d-dedikazzjoni tagħha wassluha biex issir wiċċ familjari, fejn qed tikseb apprezzament minn bosta telespettaturi.
Fil-messaġġ tiegħu, Gabriel temm billi esprima l-kburija tiegħu lejha, “Inħobbok u kburi bik illum u dejjem.” Messaġġ sempliċi iżda sinċier, li juri mhux biss l-imħabba bejn l-aħwa, iżda wkoll l-appoġġ kontinwu lejn il-kisbiet personali u professjonali ta’ Svetlana hekk kif tagħlaq kapitlu ġdid f’ħajjitha.
Facebook / Casa Celestina